Album – Kantera https://www.kantera.com.mt Official Website Sun, 01 Dec 2024 10:29:07 +0000 en-US hourly 1 https://wordpress.org/?v=6.7.2 https://www.kantera.com.mt/wp-content/uploads/2016/05/croma-favicon-144x144.png Album – Kantera https://www.kantera.com.mt 32 32 Milied Għalina https://www.kantera.com.mt/discography/milied-ghalina/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=milied-ghalina Sun, 01 Dec 2024 09:51:48 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=2333 Lyrics

Tuna dal-Milied
it-tradizzjonijiet
biss, ma nħallu
barra xejn
nibbukkjaw l’ikliet
u nsajjru il-ħlewwiet
u għall siġra narmaw tnejn

Dekorazzjonijiet
f’l-irħula u l-ibliet
il-presepji ssib
għall-bejh
flus ġemmajna ftit, għax
rigal kullħadd irid
dan l’ ispirtu tal-Milied

Id-djar inżejnu
bid-dwal żgħar imlewwnin
żmien ħlejju wisq għat-tfal
jitbissmu w ferħanin
Tuna dal-Milied
it- tradizzjonijiet
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem

(Accordion Solo)

Id-djar inżejnu
bid-dwal żgħar imlewwnin
żmien ħlejju wisq għat-tfal
jitbissmu u ferħanin
Tuna dal-Milied
it-tradizzjonijiet
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem

Issa naħsbu ftit
għall dawk bi bżonnijiet
żgur mhux facli tibq’ għaddej

Ngħinu dal-Milied
naqsmu magħhom tagħna il-gid
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem

(Instrumental)

ħa ngawduħ flimkien fis-sliem

(Instrumental)

ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
Tuna dal-Milied
it- tradizzjonijiet
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem

]]>
Vjaġġ Sabiħ https://www.kantera.com.mt/discography/vjagg-sabih/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=vjagg-sabih Mon, 18 Mar 2024 16:44:55 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=2281 Lyrics

Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ’il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt…
Biex f’ħajtek ma jirkbukx id-dellijiet
żomm ħarstek lejn ix-xemx…

REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi

Sabiħ li tgħix… iċċedi qatt… dil-ħajja vjaġġ… vjaġġ sabiħ

Lil min iweġġgħek, aħfer, iżżommx ġo fik
Tħallix il-ħsieb ikiddek għax jaf jagħmel bik
Il-ħajja tagħna żmien qasir, tirvinahiex
M’hemmx lok li tixba’ minnha… le!
Mur tkellem qabel titlef l-interess
u ddejqek ħajtek stess…

REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi

Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ’il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt…

REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi

Sa ma jghaddi….Sabiħ li tgħix… Iċċedi qatt… Dil-ħajja vjaġġ

]]>
Mur Ara https://www.kantera.com.mt/discography/mur-ara/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=mur-ara Mon, 14 Aug 2023 04:00:56 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=2140 Lyrics

Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien
Kemm igerbeb bla waqfien
Il-futur isir preżent
U f’daqqa jsir passat
Tant jinbidlu ż-żminijiet
Mal-ġenerazzjonijiet
Anki l-moda fl-istaġun
Sen’ oħra tkun spiċċat

REF: Mur ara l-ġuvintur
Terħa u surtun
U t-tfajla b’xi għonnella
Fuq karrettun
Toroq kollha trab
Dawl bil-fanal
Fin-nofs jiġġerrew barra
Xi ċorma tfal

X’differenza llum fit-triq
Lanqas taqsam kif tixtieq
Bil-karozzi kullimkien
Joħonqu il-madwar
Moda nbidlet ta’ taħt fuq
Tkun pulit b’xi jeans miftuq
Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit
Bil-posta jaslu d-dar

BRIDGE: Ma nafx liem’ nippreferih
għax kull żmien ikollu l-ikrah u s-sabiħ

REF: Mur ara l-ġuvintur
Terħa u surtun
U t-tfajla b’xi għonnella
Fuq karrettun
Moda nbidlet ta’ taħt fuq
Tkun pulit b’xi jeans miftuq
Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit
Bil-posta jaslu d-dar

Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien
Kemm igerbeb bla waqfien
Il-futur isir prezent
U f’daqqa jsir Passat

f’daqqa jsir Passat, f’daqqa jsir passat

]]>
Mis-Sema ‘l Isfel https://www.kantera.com.mt/discography/mis-sema-lisfel/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=mis-sema-lisfel Sat, 27 May 2023 17:28:05 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=2123 Lyrics
Darba ngħixu, ħajja waħda nfittxu s-suċċess
nagħmlu x’nagħmlu xorta nispiċċaw taħt iċ-ċipress
għal kull għadma ssib mitt kelb fil-pika ma’ ħaddieħor
kilba ma xxebbagħha qatt, bl-iskuża tal-progress
Xejn ma hu etern
ħlief ġenna u infern
fuq l-art lil qalbek torbotha ma’ xejn

 

REF: Iżfen u għix il-mument
tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
illum hawn, għada m’aħniex

 

X’jiswa tgħix fil-lussu bil-kavjar u bix-xampanja
mimli stress bla ċans imqar ta’ dawra fil-kampanja
kemm aħjar trankwilla l-ħajja, te u żewġ pastizzi
fis-sempliċità u tieħu kollox biż-żufjett
Tivvintax inkwiet
biex tfawwar il-bwiet
Jekk taqa’ id-dinja warrbilha min-nofs…

 

REF: Iżfen u għix il-mument
tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
illum hawn, għada m’aħniex
Kanta u kun pożittiv
jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
mis-sema ‘l isfel gawdih

 

REF: Iżfen u għix il-mument eċċ…
]]>
Tkun ‘l Hawn Għaddi https://www.kantera.com.mt/discography/tkun-l-hawn-ghaddi/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=tkun-l-hawn-ghaddi Sat, 31 Dec 2022 07:39:56 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=2104 Lyrics
Innutajt kemm jiġri ż-żmien?Xogħol war’ieħor bla waqfienQatt ma nsibu ftit tal-ħin għalina stessBla paċenzja għal xulxinĠirja waħda kontra l-ħinGass mal-pjanċa, ta’ kuljum jiżdied l-istress

 

F’dir-rutina kemm se ndumuUri fehmtek tinħebiexEjja ‘l hawn u agħmel bħaliB’ħafna ħidma titgħabbiexTinkedd xejn, m’hemmx għalfejnIeqaf ftit, għal hawn m’aħniex

 

Ħalli rasek fejn issibhaTkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħPoġġi, l-ftira sħuna tajbaFlixkun aħmar inniżżluh

 

Darba ngħixu, tinkwetaxToqol żejjed la terfaxKull mument rigal, tkunx int li tirvinahBix-xogħol żejjed ħotba ssirGawdi ħajtek, tkunx ilsirĦudha frank illum għax għada ħadd ma rah

 

Tħalli qatt id-dinja tirkbekItfi l-mobile, tinħeliexJekk irid iċempel għadaTirrispondi m’hemmx għalxiexMinn din l-art m’għandna xejnĦu ftit brejk, għal hawn m’aħniex

 

Ħalli rasek fejn issibhaTkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħPoġġi, l-ftira sħuna tajbaFlixkun aħmar inniżżluh

 

Ponn karawett waqt logħba kartiĊajta jew tnejnGrokk mal-kafè… ħajja ta’ Rè

 

Ħalli rasek fejn issibhaTkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħPoġġi, l-ftira sħuna tajbaFlixkun aħmar inniżżluh
Ħalli rasek fejn issibhaTkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħPoġġi, l-ftira sħuna tajbaFlixkun aħmar inniżżluh
]]>
Bil-Kelma t-Tajba https://www.kantera.com.mt/discography/bil-kelma-t-tajba/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=bil-kelma-t-tajba Sun, 17 Apr 2022 22:37:46 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=1969 Lyrics

Persjana tal-lum, javżak bla ma jdum
Il-ħbieb, jekk qamux, fejn qegħdin u ma’ min
Min juri ritratt x’se jiekol fi platt
Kulħadd, fi ftit ħin isir jaf fuq xulxin

Ħasra li ssib min
Mezz jużah ħażin
Wara l-keyboard jgħaddi kollox u kliemu ma jomgħodx
Wisq negattiv
Xi kultant kattiv
U biex jgħid xi ħaġa jikteb fuq in-nies bl-addoċċ

REF: Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid
Billi l-kliem bħaċ-ċirasa ma tgħidx li trid
Mill-ħbieb li jkellmuna le nabbużaw
Biex flok lil ħaddieħor niffastidjaw
Il-ġid nawguraw

Għad-divertiment, mil-lvant u l-punent
Iżżid aktar minn ħabib wieħed fis-suq
Tkun taf il-ġrajjiet tal-aħbarijiet
Mill-grawnd, malajr jgħidlek min qiegħed minn fuq

Qabel kull kumment
Oqgħod ftit attent
Kelma nieqsa aħjar minn żejda, tagħmel żgur suċċess
Għax l-uġigħ iżid
Lill-batut, marid
Min jaf kieku dak li ktibt kien fuq familtek stess?

Wassal ix-xewqat
Taffi l-weġgħat
Aħseb qabel tikkummenta u kun pożittiv

REF: Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid eċċ…

X’tagħmel m’għandekx, poġġejt bilqiegħda
Illoggjajt bdejt tqalleb, ma’ min se tehda?
Il-burdata nzertat waħda mhux mit-tajbin..
Kull m’qed jitla’ quddiemek, qed tara kollox ħażin!!

Il-kuxjenza qed tniggżek, la tkunx negattiv!
Għandek dritt tikkritika basta b’mod kostruttiv,
Jekk l-għeneb ma lħaqtx, qatt tgħid li hu qares,
Għax qares kemm hu qares, aħjar tiekol milli tħares!

Kelma żejda lanqas għall-avukat jaf ma tkun ta’ vantaġġ,
B’kelma tajba jaf bl-aqwa mod twassal messaġġ!
Tinħebiex wara l-liberta` tal-espressjoni,
Minn titlu jew ritratt tasalx għal konklużjoni!

Tiblax kull ma tisma’ u tara fil-midja soċjali..
U attent kif tużaha jaf issir midja letali!!
Qis mitt darba u aqta’ darba! Tiegħek innifsek kun is-sid!
Ftakar li bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid…

REF: Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid eċċ…

]]>
Tliet Kitarri u Mandolina https://www.kantera.com.mt/discography/tliet-kitarri-u-mandolina/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=tliet-kitarri-u-mandolina Sun, 27 Jun 2021 22:33:38 +0000 https://www.kantera.com.mt/?post_type=album&p=1703 Lyrics

Jintasbu biswit il-qronfol
Kif tbatti x-xemx sajfija
Daqqet mota l-Ave Maria
Tliet kitarri jintunaw

Mal-ħemda l-ġmiel tan-noti
Titqanqal is-simpatija
Sole Mio, Santa Luċija
Mare Chiare C’est si bon

Tliet kitarri u mandolina
Leħen jidwi filgħaxija
Nostalġija karamelli
Qrib il-Wied tal-Isperanza
(Instrumental)

Il-bniedem li dar id-dinja
U vjaġġa l-ibliet magħrufa
Qasam l-ibħra, ra l-muntanji
Ma jnessukx il-ġmiel dik l-art

Ix-xewqa tal-kuntentizza
Ta’ ħajja mingħajr problemi
Hi l-ħolma li tidwi f’ruħna
Taf tkun qrib bla ma nindunaw

Tliet kitarri u mandolina
Leħen jidwi filgħaxija
Nostalġija karamelli
Qrib il-Wied tal-Isperanza

Raxx ta’ memorji għaddejjin
Donnha x-xita nieżla
Min jaf x’sar minnhom tul is-snin
Kont nieħu gost nisma’

Tliet kitarri u mandolina
Leħen jidwi filgħaxija
Nostalġija karamelli
Qrib il-Wied tal-Isperanza
]]>
L-Ewwel Jien https://www.kantera.com.mt/discography/lewweljien/?utm_source=rss&utm_medium=rss&utm_campaign=lewweljien Sat, 27 Mar 2021 17:39:12 +0000 https://victorybandclub.com/test3/?post_type=album&p=33 Synopsis
“Il-bniedem fassal il-ħajja għalih biss. Min jaf kieku l-għasfur kellu s-senter f’idu? Min jaf kieku ż-żiemel isuq il-karozzin hu? Żgur jagħmlu affarijiet differenti milli nagħmluhom aħna. In-natura kapaċi tgħix f’armonija ta’ kuluri u sliem li l-bniedem mhux kapaċi joħloq. Anki l-lingwa stess tpoġġi lilna l-ewwel, nagħmlu li jaqblilna, tellieqa għal min jilħaq l-ewwel għeneb, nimxu bil-ħbieb u nagħmlu li jaqbel lilna u lilna biss. U biex nagħmlu dan ħarbatna d-dinja; baħar kollu plastik, temperaturi jinbidlu u dħaħen fin-nifs li rridu nieħdu aħna stess. Imma xi ħadd daħħalhielna f’rasna li d-dinja tagħna biss… u sakemm nibqgħu nemmnu hekk, is-sitwazzjoni tkompli sejra lura.”
]]>