Lyrics
Darba ngħixu, ħajja waħda nfittxu s-suċċess
nagħmlu x’nagħmlu xorta nispiċċaw taħt iċ-ċipress
għal kull għadma ssib mitt kelb fil-pika ma’ ħaddieħor
kilba ma xxebbagħha qatt, bl-iskuża tal-progress
Xejn ma hu etern
ħlief ġenna u infern
fuq l-art lil qalbek torbotha ma’ xejn
REF: Iżfen u għix il-mument
tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
illum hawn, għada m’aħniex
X’jiswa tgħix fil-lussu bil-kavjar u bix-xampanja
mimli stress bla ċans imqar ta’ dawra fil-kampanja
kemm aħjar trankwilla l-ħajja, te u żewġ pastizzi
fis-sempliċità u tieħu kollox biż-żufjett
Tivvintax inkwiet
biex tfawwar il-bwiet
Jekk taqa’ id-dinja warrbilha min-nofs…
mimli stress bla ċans imqar ta’ dawra fil-kampanja
kemm aħjar trankwilla l-ħajja, te u żewġ pastizzi
fis-sempliċità u tieħu kollox biż-żufjett
Tivvintax inkwiet
biex tfawwar il-bwiet
Jekk taqa’ id-dinja warrbilha min-nofs…
REF: Iżfen u għix il-mument
tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
illum hawn, għada m’aħniex
Kanta u kun pożittiv
jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
mis-sema ‘l isfel gawdih
tkun l-aktar bniedem kuntent
ħajtek rigal, taħlihiex
illum hawn, għada m’aħniex
Kanta u kun pożittiv
jiemek jisbieħu, u kif!
Il-mewġ iħabbat ħallih
mis-sema ‘l isfel gawdih
REF: Iżfen u għix il-mument eċċ…